Select Page

21 sena ilu, is-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija, M.U.S.E.U.M, tilfet waħda mis-superjuri tagħha bħal lehha ta’ berqa, Josephine Mintoff, magħrufa l-iktar bħala Joyce. Mietet f’età żgħira ta’ 44 sena.

Joyce għallmet diversi tfal madwar Malta. Fil-fatt kienet is-superjura fil-Birgu, il-Marsa, il-Furjana u ġewwa Fleur-de-lys Birkirara.

Kienet persuna umli, ġeneruża u tgħin ħafna. L-għan tagħha kien li xxerred il-kelma t’Alla fost it-tfal, billi torganizza lezzjonijiet u attivitajiet.

Kull Għid Imqaddes, hija kienet taħmi mijiet u mijiet ta’ figolli, biex tagħti lit-tfal. Imbagħad matul is-sajf, kull nhar ta’ Ħadd, kienet tieħu lit-tfal il-baħar u tispiċċa billi tixtrilhom xi ġelat.

Kienet maħbuba għax ġabet il-ferħ kull fejn marret. In-nuqqas tagħha nħass u għadu jinħass s’issa. Għalkemm m’għadhiex magħna, ksibna anġlu fis-sema.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks