Tfajla li kienet ilha nieqsa għal diversi ġimgħat, qalet lill-Pulizija li missierha sforzaha biex tiżżewweġ meta kelli biss 15-il sena.
Skont Times of Malta, il-missier, ta’ nazzjonalità barranija, ġie arrestat u nstab ħati li sawwat lil bintu u li sforzaha biex tiżżewweġ kontra r-rieda tagħha.
Dwar dan il-President Emeritu u ċ-chairperson tal-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, Marie-Louise Coleiro Prrca kitbet dwar dan.
Sostniet li hemm bżonn li dawn il-każijiet jittieħdu bis-serjetà.
“AKTAR u AKTAR hemm bżonn nindagaw, ninvestigaw u nistabbilixxu l-verità dwar x’qed jiġri lil TFAL f’pajjiżna. Hemm bżonn jitkellem kull min jaf b’dawn l-atti kriminali u vjolazzjoni tad-drittijiet umani tat-TFAL.”

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.