Select Page

Fl-indirizz tiegħu lil grupp ta’ intraprendituri Taljani, fis-Sala Pawlu VI tal-Vatikan, il-Papa Franġisku enfasizza l-importanza li n-nisa tqal għandhom jiġu akkomodati u megħjuna bħala impjegati. Huwa kompla billi appella lil kull negozjant biex issib soluzzjoni – “Studjaha, ara kif taċċerta ruħek li mara tqila tista’ tkompli, kemm mat-tarbija li qed tistenna kif ukoll max-xogħol tagħha.”

Huwa ta l-allarm dwar ir-rati baxxi tat-twelid u ħeġġeġ lill-kumpaniji kollha tad-dinja biex jappoġġjaw lill-impjegati tqal. Huwa wissa li f’ċirkostanzi, mara li tkun impjegata tibża’ toħroġ tqila għax hemm realtà, li malli tibda tidher tiġi iffaċċjata bil-kliem: “Le, le, ma tistax toħroġ tqila.”

Biex pajjiż jimxi ‘il quddiem u jkun mimli bil-prosperità u l-futur, irrid ikollok familja. Huwa stieden lin-negozjanti biex ma jinsewx il-bzonnijiet tal-komunità u ma jżidux iktar it-taxxi li jkomplu jżidu pressjoni fuq il-familja stess.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks