Select Page

Waqt li bħalissa qed ikun hawn diversi opinjonijiet jekk għandux isir monument għar-Reġina Eliżabetta II, Peppi Azzopardi qed jissuġġerixxi li jsir monument għal Loujin.

Loujin, hija t-tifla ta’ 4 snin li mietet bil-għatx fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta. Huwa kiteb, “Qed nipproponi li jsir monument għal Loujin, tifla ta’ 4 snin li mietet bil-għatx meta ħallewha disat ijiem bejn sema u ilma fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta.”

Għaldaqstant, Peppi talab il Ġorġ Mallia jpinġi dan il-monument. “Tlabt lil sieħbi, l-artist Ġorġ Mallia biex jagħmel xbieha artistika ta’ dan il-monument… u hawn hu. Monument li jibqa’ jniggeż il-kuxjenza tagħna l-Maltin.”

Inti taqbel li jsir dan il-monument?

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks