Select Page

Din il-ġimgħa kienet waħda mill-aktar ġimgħat impenjattivi għall-Monarka Ingliża, b’mod partikolari għar-Re l-ġdid. Wara t-tħabbira tal-mewt ta’ ommu, ir-Reġina Eliżabetta II, huwa ġie pproklamat Re u bħalissa qiegħed jagħmel mawra mar-Renju Unit. Il-monarka l-ġdid qiegħed iżur l-erba’ nazzjonijiet, li jinkludu l-Ingilterra, l-Iskozja, Wales u l-Irlanda ta’ Fuq.

Il-proklammazzjoni tiegħu saret nhar is-Sibt li għadda, fejn il-mument storiku spiċċa b’ġest ta’ rabja fuq wiċċ ir-Re Karlu, dan minħabba li ma kienx hemm biżejjed spazju fuq l-iskrivanija żgħira, biex jiffirma ż-żewġ dokumenti kbar li kellu quddiemu.

Madanakollu, dawn l-episodji qishom qed jiġru wara r-Re Karlu III. Dan għall-fatt li pinna difettuża, terġa’ tqabbiżha lill-monarka!

Waqt li kien fl-Irlanda ta’ Fuq jiffirma l-ktieb tal-viżitaturi quddiem il-kameras, fil-Kastell ta’ Hillsborough, il-pinna bdiet tqattar il-inka u ħamġet idejn Karlu. Huwa nqabad jirrabja permezz tal-kameras. Ma jistax jonqos li l-vidjow mar mill-ewwel virali. Ma kinitx pinna li ffirma biha!

Insomma minn dawn l-episodji jidher biċ-ċar li l-pinna u r-Re Karlu ma jmorrux tajjeb flimkien!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks