Select Page

Is-Sibt li għadda saret il-gay pride li fiha attendew mijiet ta’ nies.

Fost dawk li attendew kienu t-TwoPapas flimkien mat-tfal tagħhom. Noel jispjega kien irċevew kummenti negattivi talli ħadu lit-tfal tagħhom ġewwa l-Gay Pride.

Fost il-messaġġi li rċevew kienu, “Dak skandlu… ħa jiġu brainwashed… qed tużaw lit-tfal bħala parti mill-propoganda… ħadtuhom biex tidhru…”.

Huwa jsostni li dan mhux minnu. Huwa qal li t-tfal mhux fejn toħodhom imma l-mod kif trabbihom. “Dak huwa l-aktar importanti. Mela aħna nistgħu lit-tfal, u kull min għandu t-tfal jista’ jitkellem, lanqas il-baħar ma tista’ toħodhom għax xi naqra laħam barra ħa jaraw…”

Itemm jgħid, “Ovvjament kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu, però aħna, jiena u Chris, ħa nibqgħu mexjin, fuq dak li bnejn 4 snin ilu.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks