Select Page

Dalgħodu, Luca Curmi, żagħżugħ ta’ 29 sena, mill-Munxar, tilef ħajtu traġikament f’sit ta’ kostruzzjoni wara li waqa’ minn għoli ta’ madwar 4 sulari.

Skont rapport minn Tvmnews, l-inċident seħħ waqt li ż-żagħżugħ kien qed jagħmel xi xogħol ma’ missieru f’sit tal-familja.

Bħalissa għadhom għaddejja investigazzjonijiet mill-pulizija u l-Awtorità għas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-post tax-xogħol.

Nagħtu l-kondoljanzi tagħna lill-familja, il-ħbieb u dawk kollha qrib ta’ Luca Curmi.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks