Select Page

Il-personalità tal-midja soċjali Khaby Lame, li għad għandu 22 sena biss, għamel qabża redikali fil-paga li hu qed jaqla’.

Għal min forsi qatt ma sema’ bih, Lame ġej minn familja ta’ immigranti mis-Senegal, li marret toqgħod Chivasso, fl-Italja meta kien għad kellu biss sena, fejn għexu f’kumpless ta’ akkomodazzjoni pubblika.

Qabel ma faqgħet il-pandemija tal-COVID-19, Khaby ħadem bħala operatur tal-magni tac-CNC qabel ma kien eventwalment imkeċċi. Waqt il-lockdown iddeċieda li jibda jagħmel xi filmati permezz ta’ TikTok, sabiex jgħaddi il-hin.

B’dawn il-filmati huwa bena l-karriera tiegħu li tinvolvi l-produzzjoni ta’ vidjows bla kliem dwar dawk il-“life hacks” li jidhru fuq il-mezzi soċjali, li jikkumplikaw bla bżonn ħidmiet sempliċi. Tant kemm evolviet il-karriera tiegħu li issa sar l-iktar persuna segwita madwar id-dinja, fuq TikTok.

Il-maniġer Alessandro Riggio żvela li Lame bħalissa qed jaqla’ sa $750,000 għal kull post li jitfa’ fuq TikTok u jinsab fit-triq it-tajba biex jibda jaqla’ total ta’ $10 miljun matul din is-sena.

Ovvjament ma’ dawn jiġu xi vantaġġi materjali, fosthom: Kollezzjoni ta’ karozzi lussużi fosthom Jeep Compass, Mercedes G Class, BMW X5 u Audi RS5. Apparti dan jilbes ħwejjeġ tad-ditta minn kull rokna tad-dinja.

Mhux tajjeb jew li taqla’ $750,000 għal kull vidjow qasir li tagħmel mingħajr ma tlissen l-ebda kelma! Il-ħajja ta’ Khaby Lame inqalbet ta’ taħt fuq grazzi għall-ħin li kellu f’idejh u għall-idea li ġietu biex jibda jagħmel dawn il-filmati.

@khaby.lame

A tribute for THE QUEEN ❤️🙏🏾

♬ original sound – Khabane lame

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks