Select Page

Anthea Bugeja, il-pustiera li ġiet attakkata minn kelb waqt xogħolha tellgħet filmat b’referenza, partikolarment għall-kummenti li kien hemm taħt l-artiklu li fih it-tim ta’ Skoperta rrapporta dwar l-esperjenza qarsa tagħha.

Hija rrakkuntat kif xħin daqqet il-qanpiena u nfetaħ il-bieb, il-kelb iddendel m’idha u attakkaha.

Assigurat lil kull min qalilha li għandha sempliċiment grif, li mhumiex.

Anthea spjegat li żżomm il-kelb ġewwa ma jfissirx li ma toħorġux jagħmel il-bżonnijiet tiegħu jew biex jieħu pjaċir iżda “meta ddoqq il-qanpiena, u ovvjament il-kelb qieghed fit-territorju tiegħu, aqfluh żewġ sekondi ġo kamra. Għaliex? Biex il-bniedem ma jkollux għalfejn ibati l-konsegwenzi tagħkom.”

Hija qalet li l-annimali tħobbhom u iżda jekk tkun taf li l-kelb se jagħmel għall-persuna li hemm wara l-bieb, taqflu.

B’referenza għal min qalilha li jmissha għamlet rapport l-għassa, hija qalet li ma riditx tagħmel dan mir-riskju li l-kelb jista’ jitraqqad għaliex saħqet li l-kelb m’għandu l-ebda tort.

“Il-kelb x’tort għandu? Jien fl-ebda ħin m’għedt li l-kelb għandu tort. It-tort huwa tan-negliġenza enormi, grassa, tal-owners li ma qafluhx.
Anthea Buġeja

Stqarret li l-għan ta’ dan il-vidjow mhuwiex biex tiġbed is-simpatija iżda biex tqajjem kuxjenza dwar minn liema sitwazzjonijiet jgħaddu minnhom hi u pustiera bħalha, kif ukoll nies oħrajn li jaħdmu fuq barra bħal dawk li jwasslu affarijiet u ikel fid-djar, għaliex enfasizzat li din hija sitwazzjoni li ma ġratx lilha biss iżda realtà li qed jiffaċċjaw bosta.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks