Select Page

“Grazzi talli qed issejjaħ lili, lil familti u lil dawk għeżież, velenu…” – Dan huwa l-kumment li kiteb Russell Sammut fuq il-paġna tal-eks deputat Nazzjonalista Edwin Vassallo wara li tella’ post flimkien ma’ screenshot ta’ artiklu mit-Times of Malta li qed jirrapporta l-aħbar li l-programm tal-kartuns ikoniku għat-tfal, Peppa Pig, introduċa l-ewwel koppja tal-istess sess.

Edwin Vassallo qal li llum il-midja saret ‘indottrinazzjoni sfurzata ta’ ideoloġija li tħarbat l-innoċenza ta’ tfal żgħar.”

Żied jgħid li llum il-ġenituri spiċċaw b’uliedhom misruqa minn taħt għajnejhom minn media houses li għandhom aġenda velenuża għat-tfal.

Kompla jinsisti li l-problema hi li ħadd mhu lest jerfa’ r-responsabbiltà tal-ħsara li din l-ideoloġija, li skont hu, qed tagħmel fuq it-tfal.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks