Il-President Ukren Volodymyr Zelenskyy kien involut f’inċident bil-karozza.
Fi stqarrija, il-kelliem tiegħu qal li karozza tal-passiġġieri ħabtet mal-vettura presidenzjali u l-iskorta tiegħu fi Kyiv.
Huwa ġie eżaminat minn tabib iżda ma nstabu l-ebda ġrieħi serji. Madankollu, is-sewwieq tal-karozza l-oħra ġie kkurat fuq il-post u ttieħed l-isptar b’ambulanza.
Filwaqt li ma ta l-ebda dettalji oħra, il-kelliem ta’ Zelenskyy qal li ċ-ċirkostanzi tal-inċident għadhom qed jiġu investigati minn uffiċjali tal-infurzar tal-liġi.
L-inċident seħħ wara li nhar l-Erbgħa, il-President Zelenskyy żar il-belt ta’ Izyum.
Fl-aħħar jiem, l-armata Ukrena ħadet lura partijiet ta’ territorju okkupat u ġiegħlet lit-tryppi Russi jċedu.
