Select Page

Il-ħbieb ta’ Bjorn qasmu aħbar fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, li kollha kemm aħna nieħdu gost inkunu nafu!

Jidher li bil-mediċina li qed jieħu, Bjorn sejjer tajjeb ħafna. Madankollu, il-ħbieb ta’ Bjorn, qalu li t-tobba qalulu li l-aħjar soluzzjoni hi li wara dan il-kors ta’ mediċina li qed jieħu, jagħmlulu intervent ieħor biex jeliminaw il-maġġoranza tal-ġebla li għandu.

Dan huwa xi ftit jew wisq ta’ tħassib għaliex, kif qalu l-ħbieb ta’ Bjorn, mhijiex faċli li pazjent bl-ALS isirlu kwalunkwe forma ta’ intervent bil-loppju minħabba r-riskju li hemm.

“Nittamaw li tinstab soluzzjoni biex il-ħabib tagħna jkun b’saħħtu mill-ġdid.”
Il-ħbieb ta’ Bjorn

Huma rringrazzjaw lil kull min ħaseb fi Bjorn, fosthom lill-Ministru Julia Farrugia Portelli, tal-pjanta li tatu.

Irrimarkaw li Bjorn saħansitra anki ċċajta dwarha u qalilhom li “din perfetta għall-uffiċċju ġdid li għandi f’Mater Dei.”

Flimkien mal-ħbieb ta’ Bjorn, infakkrukom li nhar il-Ħadd il-25 ta’ Settembru, Bjorn se jkollu bżonn l-għajnuna tagħna biex minkejja d-diffikultajiet tiegħu, ikompli jgħin aktar nies.

Kun parti mill-maratona b’risq DAR Bjorn Respite!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks