Select Page

Ftit tal-ħin ilu, il-Prof. Carmen Sammut, tellgħet post fuq Facebook, bl-aġġornamenti dwar l-għibien tal-kelb Max, li ilu nieqes ‘il fuq minn ġimgħa u nofs.

Hija qalet kif “it-tfittxija intensiva għal Max li saret bi klieb imħarrġa minn voluntiera fil-qasam tas-salvataġġ (sniffer dogs) ma tatx ir-riżultat mixtieq.”

Hija kompliet billi qalet li “issa kważi jista’ jingħad b’ċertezza li l-kelb ittieħed jew insteraq mill-post.”

Kemm il-familja ta’ Miguel kif ukoll l-awtoritajiet qed jieħdu kull rapport li jidħol b’serjetà kbira, iżda s’issa kull tfittxija ma wasslet għal imkien.

Sammut għalqet billi qalet li l-unika tama li fadal hija li min ħadu tmissu l-kuxjenza u jirritornah, li xi ħadd jirrapporta jekk jara kelb tar-razza Golden Retriever fl-inħawi fejn jgħix u li l-pulizija tieħu azzjoni immedjata biex jinġabru filmati mill-bosta kameras li hemm fl-inħawi.

Hija saħqet li x’aktarx, xi waħda mill-kameras qabdet x’ġara eżattament fil-jum li ġie nieqes Max.

It-tim kollu ta’ Skoperta iħeġġiġkom ilkoll biex ixxerdu l-kelma, b’mod partikolari ma’ dawk li m’għandhomx aċċess għal facebook jew għal internet, ħalli Max jirritorna lura d-dar għand familtu!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks