Joe u Carmen Pisani, il-Ħadd li għadda, tilfu lil binthom ta’ 46 sena, Marie Therese.
Fuq Facebook, Carmen, kitbet li bintha kellha emoraġija.
Spjegat li minn CT scan li sarilha rriżulta li l-mara kellha ħsara f’moħħha u ġiet iċċertifikata klinikament mejta.
Qalet li ħadu d-deċiżjoni li l-organi b’saħħithom jingħataw b’donazzjoni biex tgħin nies oħra. “Issa li tajna l-bqija tal-organi b’saħħithom, 10 persuni se jgawdu minnhom u bintna se tibqa’ tgħix fihom.”
Marie Therese ngħatat l-aħħar tislima llum fil-knisja Parrokkjali ta’ Ħ’Attard.
Kondoljanzi lill-familja Pisani.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.