Select Page

Mill-bieraħ, 15 ta’ Settembru, fl-Ungerija, daħlet fis-seħħ emenda fil-liġi ta’ l-abort. In-nisa Ungeriżi li jridu jagħmlu l-abort se jkunu obbligati li jisimgħu t-taħbit tal-qalb tal-fetu qabel imexxu bil-proċedura.

Skont din l-emenda, in-nisa Ungerizi jridu l-ewwel jiksbu rapport mingħand ostetriku-ġinekologu, fejn jiddikjaraw li ġew iffaċċjati “b’identifikabblità ċara” mal-“funzjonijiet vitali” tal-fetu.

Din il-bidla fil-liġi, iffirmata mill-Ministru tal-Intern Sandor Pinter, ġiet milqugħa mid-Deputat Ungeriż tal-lemin estrem Dóra Dúró, li kkampanjat għal din l-emenda fil-liġi.

Fil-fatt fuq Facebook hija kitbet li: “Il-gvern għamel pass lejn il-protezzjoni tal-feti kollha mill-konċepiment, peress li se jkun hemm mill-inqas ftit sekondi meta fetu jkun jista’ jikkomunika ma’ ommu billi hija tisma’ t-taħbit tal-qalb tiegħu qabel ma jsir abort.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks