Select Page

David Beckham deher emozzjonat hekk kif ta tislima lir-Reġina xħin wasal ħdejn it-tebut, wara li kien għamel 13-il siegħa fil-kju.

Huwa qal lil Sky News li kien qiegħed hemm biex jiċċelebra r-Reġina “speċjali” tal-Gran Brittanja.

Huwa qal li l-ġurnalisti li din il-ġurnata kienet dejjem se tkun diffiċli, u hija diffiċli għan-nazzjon u għal kulħadd madwar id-dinja.

“Naħseb li kulħadd qed iħossha. Il-ħsibijiet tagħna huma mal-familja u ovvjament ma’ kull min qiegħed hawn illum. Għax huwa speċjali li tkun hawn, li tiċċelebra, u li tisma’ l-istejjer differenti li n-nies għandhom xi jgħidu.”
David Beckham

Żied jgħid li l-aktar mument speċjali għalih kien meta rċieva l-unur tal-Order of the British Empire. Huwa qal li dakinhar, minbarra li kien hemm il-mara tiegħu preżenti, ħa lin-nanniet tiegħu miegħu, li kienu dawk li rawmu fih ir-rispett u l-ammirazzjoni għall-familja rjali.

Huwa qal li minbarra li kiseb l-unur, ħassu xxurtjat li kellu l-opportunità li jiltaqa’ u jitkellem mar-Reġina.

Il-ġimgħa li għaddiet, Beckham qal li n-niket madwar id-dinja għall-mewt tar-Reġina juri “kemm ispiratna bit-tmexxija tagħha.”

U bilħaqq! Ma setax jonqos li dawk li kienu fil-kju ma’ David Beckham, ħadu l-opportunità biex jersqu viċin tiegħu u jieħdu xi ritratt!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks