L-Eċċellenza Tagħha u ċ-Chairperson tal-Fondazzjoni ta’ Malta għall-Ġid tas-Soċjetà, Marie-Louise Coleiro Preca staqsiet fejn hi l-qalba tagħna l-Maltin.
Ilbierah ittellgħet attività biex insellmu l-memorja ta’ Loujin, tifla ta’ 4 snin, li miet bil-għatx fiż-żona ta’ salvataġġ ta’ Malta.
Preżenti kien hemm fosthom l-E.T Marie-Loue Coleiro Preca li fuq Facebook staqsiet minn meta bdejna nagħżlu “bejn dawk li għandhom igawdu d-drittijiet umani tagħhom, u bejn dawk li jidhrilna għandna nċaħħduhomlhom?
Spjegat li Malta minn dejjem, fl-istorja tagħha, kienet ta’ sostenn għal min qed isofri u qed ibati. “Fejn hija l-qalb Maltija li tħabbat għal min għandu bżonn? X’ġara? X’qed jiġri?”

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.