Illum il-Membru Parlamentari tal-Partit Nazzjonalista se tingħaqad fis-sagrament taż-żwieġ mal-għarus tagħha Jurgen Borg.
Fuq Facebook Jurgen kiteb flimkien mar-ritratt li jidher hawn taħt;
kien wieħed mill-ewwel ritratti tagħna flimkien. Minn dakinhar ‘il hawn għaddew 1815 jum… Narak fuq l-altar.

Min-naħa l-oħra l-MP Rebekah Cilia kitbet dwar ir-ritratt li jidher fil-faċċata,
Kemm konna żgħar! Imma diġà kont naf li l-imħabba tagħna kienet xi ħaġa speċjali. Narak ftit sigħat oħra fuq l-artal Jurgen👰♀️🤵♂️
It-tim ta’ Skoperta jawgura lill-Onorevoli Rebekah Cilia u lil Jurgen Borg.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.