Select Page

Illum huwa l-jum fejn niċċelebraw dawk il-ħlejjaq ċkejknin bir-rix li bit-tpespis tagħhom isebħulek iktar il-ġurnata, dawn huma l-għasafar domestiċi.

L-għasafar huma faċilment integrati fil-familji u tipikament huma pjuttost faċli biex wieħed jieħu ħsiebhom. Barra minn hekk, meta wieħed jieħu ħsiebhom u jiġu mitmugħa kif suppost, l-għasafar jistgħu jgħixu ħajja twila u kuntenta ħafna, anke sa 50 sena għal xi speċi!

Kontu tafu li diversi storiċi jemmnu li l-għasafar saru domestiċi ħames t’elef sena ilu?

Iżda l-ewwel rekord ta’ għasfur domestiku kien fil-Gran Brittanja, fl-1504, meta r-Re Enriku VIII żamm pappagall griż Afrikan bħala pet. Minn dakinhar, l-għasafar saru annimali domestiċi aktar komuni u jistgħu jitgawdew minn kważi kulħadd.

Allura, la llum huwa l-jum tal-għasfur domestiku u intom li qed taqraw dan l-artiklu għandkom din il-kreatura bħala pet, nissuġġerulek biex illum tmur u tixtri xi treat żgħir għal għasfur tiegħek..minjaf forsi xi bandla jew xi ġugarell ġdid.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks