Select Page

Illum il-President ta’ Malta, flimkien ma’ martu Miriam jinsabu ġewwa Londra, flimkien ma’ diversi dinjitari oħra u eluf kbar ta’ nies, sabiex għada jattendu għall-Funeral Statali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II.

Dalgħodu, huma marru f’Lancester House fejn iffirmaw il-ktieb tal-kondoljanzi. Wara marru f’Westminister Hall, fejn sellmu għall-aħħar darba lir-Reġina Eliżabetta II.

Il-Funeral Statali t’għada se jsir f’Westminster Abbey fil-11am (ħin Ingliż), fejn eluf ta’ nies mistennija li jattendu. Diversi screens ġew installati, kemm ġewwa Londra u kif ukoll f’ħafna rħula oħra madwar l-Ingilterra, sabiex il-pubbliku jkun jista’ jagħti ġieħ lir-renju straordinarju tar-Reġina, u l-ħajja notevoli ta’ servizz tal-Maestà Tagħha bħala Kap ta’ Stat, ta’ Nazzjon u tal-Commonwealth.

Bħalissa, il-Kummissjoni Għolja Brittanika f’Malta qed tagħti l-aħħar tislima lir-Reġina Eliżabetta II f’Villa G’Mangia.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks