Tħabbret il-mewt ta’ missier Dr Bernard Grech, John Grech.
Fuq Facebook il-Kap tal-Partit Nazzjonalista kiteb kif dejjem kien iwieġbu li jinsab tajjeb meta jistaqsi kif inhu. “Qatt ma naf li gerger, qatt ma naf li qalli ħażin.”
Spjega kif l-ġimgħa ilu kien qiegħed iħoss li wasal fl-aħħar għax din id-darba missieru wieġbu aħjar. “Issa aħjar żgur. Isssa mistrieħ. Issa tgawdi eternità ta’ mħabba li dejjem xettilt fina lkoll. Insellimlek Pa u grazzi.”
It-tim ta’ Skoperta jwassal il-kondoljanzi lill-familja Grech.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.