Select Page

Ir-Repubblika Ċeka, li bħalissa qed tippresedi l-Presidenza tal-Unjoni Ewropea, sejħet għal tribunal internazzjonali wara s-sejba ta’ mijiet ta’ oqbra f’Izyum, belt reċentement meħlusa mit-truppi Ukreni. Fost il-mijiet ta’ katavri li nstabu, jingħad li hemm diversi ċivili, nisa u tfal.

Il-Ministru tal-Affarijiet Barranin tar-Repubblika Ċeka, Jan Lipavský, sostna li “fis-Seklu 21, attakki bħal dawn kontra l-popolazzjoni ċivili huma inkonċepibbli u ta’ stmerrija”.

Fl-indirizz regolari tiegħu tal-bieraħ filgħaxija, il-President Ukren Volodymyr Zelensky qal li l-investigaturi skoprew evidenza ġdida ta’ tortura użata kontra n-nies midfuna f’Izyum, fir-reġjun ta’ Kharkiv.

Huwa qal li “iktar minn 10 kmamar ta’ tortura diġà nstabu fiż-żoni meħlusa tar-reġjun ta’ Kharkiv, f’diversi bliet u rħula”. Huwa sostna li r-Russja ser ikollha twieġeb “kemm fil-kamp tal-battalja kif ukoll fl-awli”.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks