Select Page

Isaac, tifel li malli smajtu jitkellem fuq Bjorn b’dak il-mod, stajt nagħraf fih id-differenza li l-għajnuna ta’ Bjorn għamlitu f’ħajtu.

Meta ġie mistoqsi kif inhu, qal li kien jinsab ftit nervuż imma ried jagħmel l-intervista għax jieħu gost li b’din l-intervista jista’ jgħin lill-oħrajn.

Isaac, meta jkun għajjien jitlef il-bilanċ. “Ġieli nitlef il-bilanċ. Meta nkun għajjien, naqa’ ftit.”

Minkejja l-kundizzjoni tiegħu, ma jinkwetax. “Jiena nipprova li meta jiġri xi ħaġa, nipprova li dik il-ħaġa nsolviha. Pożittiv għax nipprova li meta jiġrili xi ħaġa ħażina, nipprova nibqa’ pożittiv kemm nista’.”

Qabel ma joroqd, Isaac jitlob flimkien ma’ missieru u ħu. “Nitlob biex jgħin lil dawk li nħobb jien li qegħdin fil-Ġenna, jistrieħu fil-paċi u ngħidlu wkoll biex jgħin lill-familja tiegħi u lil dawk kollha li nħobb. Nitlob wkoll biex jgħin lil dawk tal-Ukrajna u tar-Russja jsibu l-paċi.”

Isaac jixtieq li jkollu iżjed bilanċ. “Nixtieq li jkolli iżjed bilanċ u li ma jkollix il-walker, imma dan il-walker vera għenni biex niġri kemm niflaħ; biex nilgħab il-futbol u mmur mixja mal-ġenituri.”

Dan il-walker tahulu Bjorn. “Jien naħseb li Bjorn għandu qalbu tajba għax jipprova jagħmel lin-nies bit-tbissima fuq wiċċhom. Għalija Bjorn, avolja qiegħed ġo wheelchair, narah li qed jagħmel xi ħaġa tajba, li qed jgħin lill-oħrajn. Iħoss li għandu jgħin lil ħaddieħor. Għalija Bjorn għandu qalbu tad-deheb. Nixtieq nirringrazzjak talli tajtni dan it-trolley li għandu għax minn meta użajtu għenni ħafna, ħafna.”

Nhar il-Ħadd, bejn 12:00pm u 12:00am, fuq l-istazzjonijiet kollha, maratona ġbir ta’ fondi b’risq Dar Bjorn Respite.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks