Select Page

Ilbieraħ, lejlet il-Funeral Statali tal-Maestà Tagħha r-Reġina Eliżabetta II, ġie ppubblikat ritratt ġdid tagħha. Ritratt li tteħed f’Mejju li għadda, biex jimmarka l-Ġublew tal-Platinum tal-Maestà Tagħha – l-ewwel Monarka Brittanika li laħqet it-tragward, ta’ 70 sena fit-tmun.

Dan filwaqt li, il-Maestà Tiegħu r-Re Karlu III, irringrazzja lil kull min kien ta’ appoġġ u faraġ għalih u għall-kumplament tal-familja tiegħu. Irringrazzja ukoll lill-miljuni ta’ nies li marru jsellmu lil Maestà Tagħha.

Illum huwa mistenni li jattendu miljuni ta’ nies fil-belt kapitali Londra, għall-funeral tar-Reġina Eliżabetta. Huwa mifhum, li fost l-2,000 ruħ li ser jinġabru f’Westminister Abbey għall-aħħar tislima, se jkun hemm iż-żewġt itfal il-kbar tal-Prinċep u l-Prinċipessa ta’ Wales: il-Prinċep George u l-Prinċipess Charlotte.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks