Select Page

Mat-tokki tal-ħdax ta’ filgħodu (ħin Ingliż) bdiet il-quddiesa, immexxija mid-Dekan ta’ Westminster, Reverendu Dr David Hoyle MBE, bill-kor tal-abbatini u l-Kor tal-Kappella Rjali tal-Maestà Tiegħu, jannimaw il-funeral.

Westminister Abbey huwa il-post fejn ir-Reġina Eliżabetta II iżżewġet lil Prinċep Filippu u fejn ġiet inkurunata Reġina, 70 sena ilu.

Fatt interessanti hu li l-aħħar monarka li kellu il-funeral f’Westminister Abbey kien tar-Re Ġorġ II fl-1760. Iktar minn żewġ sekli ilu.

Il-qari nqara mill-Prim Ministru Liz Truss u Patricia Scotland, is-segretarja ġenerali tal-Commonwealth, filwaqt l-Arċisqof ta’ Canterbury Justin Welby għamel l-omelija.

Fil-11:55am, kien hemm żewġ minuti ta’ silenzju madwar ir-Renju Unit, fejn kien segwit mill-Innu Nazzjonali.

F’12:00pm, ġiet fi tmiemha ċ-ċelebrazzjoni tal-quddiesa. Ir-Re mexxa lill-familja tiegħu f’purċissjoni lejn Wellington Arch.

Ir-Re Karlu u membri oħra tal-Familja Rjali mxew wara t-tebut tar-Reġina. Huwa mexa mal-Prinċipessa Anne, il-Prinċep Andrew u l-Prinċep Edward eżatt warajh. Huma ġew segwiti min-neputijiet tar-Reġina, Peter Phillips, il-Prinċep William u l-Prinċep Harry.

Il-purċissjoni kienet immexxija minn Pipes and Drums massed of Scottish and Irish Regiments, il-Brigade of Gurkhas, u r-Royal Air Force – li ammontaw għal 200 mużiċist.

Kien hemm ukoll 6,000 rappreżentant mit-tliet Forzi Armati: l-Armata, ir-Royal Navy u r-Royal Air Force

Fis-13:40 ingħata bidu għall-korteo funebri, minn Londra għal Windsor minn Shaw Farm Gate.

Wara il-korteo ingħatat bidu purċissjoni oħra preċeduta minn membri tar-Royal Cavalry. Huma qasmu il-‘Long Walk’ li twassal għal Windsor Castle, ir-residenza famuża tal-Familja Rjali Brittanika.

Il-Familja Rjali wara ngħaqdet mal-purċissjoni lejn il-Kappella ta’ San Ġorġ. Madwar 800 mistieden, inkluż l-istaff personali tar-reġina, attendew għas-servizz, immexxi mid-Dekan ta’ Windsor David Conner.

Għall-ħabta tas-19.30, ir-reġina ngħatat il-mistrieħ ta’ dejjem f’funeral privat li sar fil-preżenza tar-Re u membri tal-Familja Rjali. Ir-Reġina Eliżabetta II ndifnet ma’ żewġha d-Duka ta’ Edinburgh, fil-Kappella tat-Tifkira tar-Re Ġorġ VI.

Segwi l-funeral b’mod dirett:

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks