Select Page

Ilbieraħ waqt li ssokta l-funeral tar-Reġina Eliżabetta II, uffiċjal tal-pulizija tah ħass ħażin, waqt li kien qed jaqdi dmirijietu fil-Pjazza tal-Parlament. L-inċident seħħ qabel ma ngħata bidu għall-purċissjoni tal-funeral. Huwa deher jinġarr fuq stretcher minn żewġ uffiċjali sħabu, qabel ma ttieħed bl-ambulanza.

Matul dawn l-aħħar jiem ta’ luttu seħħew iktar inċidenti simili. Fil-fatt nhar l-Erbgħa li għadda, gwardjan li kien għassa 24 siegħa mat-tebut waqa’ għal wiċċu mal-art. Huwa kien megħjun minn gwardjani oħra li ġrew biex jgħinuh.

Episodju ieħor kien tal-kuġina tar-Reġina, Lady Gabriella Windsor, fejn hija dehret taqa’ hekk kif żaret it-tebut. Hija dehret megħjuna minn żewġha, Thomas Kingston, waqt li kienet ħierġa ‘l barra minn Westminster.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks