Select Page

Bosta mnikkta hekk kif tħabbret il-mewt ta’ Manuel Vallicella fl-età ta’ 35 sena.

Vallicella, artist tat-tattoo u influencer, huwa magħruf partikolarment għall-parteċipazzjoni tiegħu fil-programm tant segwit, anki mill-Maltin, Uomini e Donne, ippreżentat minn Maria De Filippi.

Skont dak li qed jiġi rrappurtat mill-midja barranija, jidher li Vallicella neħħa ħajtu b’idejh.

Huwa tilef lil ommu proprju 3 snin ilu, wara li kien ilha marida għal żmien twil. Sikwit kien jesprimi ruħu dwar it-telfa ta’ ommu bħala waħda li baqgħet taffettwah ħafna, u li jħoss in-nuqqas tagħha kuljum.

L-aħħar post li tella’ fuq Instagram kien ġimgħa ilu, fejn flimkien ma’ ritratt li tella’ huwa kiteb “Tista’ tgħid ħafna mingħajr ma tgħid xejn.”

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks