Select Page

Fl-aġġornament tal-lum, Bjorn jgħidilna li għqndu żewġ għażliet. “Jew nibqa’ kif jien nittama li din il-ġebla ta’ 10mm b’xi mod tinżel jew inkella nagħmel operazzjoni. Dan ikun intervent wisq b’saħħtu għalija.

Li joperaw ruħu hi diffiċli minħabba li ma jistqx jieħu ħafna loppku. “Minħabba li ma niflaħx għalih. Iżda ma nistax nibqa’ bl-uġigħ tal-ġebla. Għax għal min għandu jaf x’qed inħoss.”

L-għażla ċerta tiegħu hi li jibqa’ jgħix. “F’kull ċirkustanza jien nagħżel biex ngħix ħalli nkomplu NGĦINU AKTAR. Maria, it-tim kollu ta’ ALS Malta u jien lesti u preparati għal kull eventwalità.”

Nhar il-Ħadd 25 ta’ Settembru, maratona ġbir ta’ fondi bejn 12.00pm u 12.00am b’risq Dar Bjorn Respite.

Sadanittant inti tista’ tagħti donazzjoni fuq dawn in-numri:
🅱️ BOV Mobile Pay – 79096249
✉️ SMS – 50619271 – €11.65 👉 https://bit.ly/SMSdonation1165

☎️ CALL – 51802018 – €25 👉 https://bit.ly/CALLdonation25e
☎️ CALL – 51902075 – €50 👉 https://bit.ly/CALLdonation50e

💻 Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks