Select Page

Mahsa Amini, mara Kurda ta’ 22 sena mill-belt ta’ Saqez fl-Iran, mietet l-isptar, wara li qattgħet tlett ijiem f’koma.

Il-każ seħħ il-ġimgħa li għaddiet meta Mahsa kienet ma’ ħuha f’Tehran u ġiet arrestata mill-pulizija tal-moralità, li akkużawha li kisret il-liġi li titlob li n-nisa jgħattu xagħarhom b’hijab, jew b’xalpa, u dirgħajhom u riġlejhom bi ħwejjeġ laxki. Hija waqgħet f’koma ftit wara li tieħdet f’ċentru ta’ detenzjoni.

L-Aġent Kummissarju Għoli tan-NU għad-Drittijiet tal-Bniedem Nada al-Nashif irrapportat li Amini ġiet imsawta mill-pulizija billi sabtulha rasha ma’ vettura u tawha b’basket. Il-pulizija ċaħdet li ttrattatha ħażin u qalet li sofriet “attakk tal-qalb f’daqqa”. Iżda l-familja tagħha qalet li Amini kienet b’saħħitha.

Dan wassal ghal diversi protesti kemm fl-Iran u kemm madwar id-dinja. Fil-fatt ħafna nisa kienu minn ta’ quddiem fil-protesti li qed jiżdiedu fl-Iran wara li tħabret il-mewt ta’ din it-tfajla. Il-protesti laħqu l-qofol meta n-nisa ħarqu l-hijabs tagħhom fuq nar f’Sari nhar it-Tlieta.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks