Select Page

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol (OHSA) appellat lil kull min iħaddem biex ikun konxju dwar ir-riskju u l-perikli assoċjati mal-kundizzjonijiet tat-temp, u jieħu prekawzjonijiet ta’ sigurtà.

Dan sabiex jiġu evitati problemi ta’ saħħa fuq il-post tax-xogħol u inċidenti li jista’ jkollhom konsegwenzi serji.

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ħarġet stqarrija fid-dawl tat-twissija mill-Uffiċċju Meteoroloġiku dwar possibbiltà ta’ maltemp li jista’ jkun qawwi u bis-silġ.

Appellat biex sidien ta’ siti ta’ kostruzzjoni jiżguraw li għandhom kollox kif suppost u sigur filwaqt li jieħdu ċerti miżuri biex jiżguraw is-saħħa u s-sigurtà tal-ħaddiema kollha tagħhom.

Fl-istqarrija, qalet ukoll li dan jgħodd anki għal min iħaddem f’setturi oħra, għat-trasport, xogħol li jirrikjedi ħaddiema jitilgħu fil-għoli u xogħol fuq barra.

L-Awtorità tas-Saħħa u s-Sigurtà fuq il-Post tax-Xogħol ippreżentat linji gwida għal min iħaddem dwar miżuri tas-sigurtà li għandhom jittieħdu.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks