Select Page

Dalgħodu qomna għal temp differenti minn tas-soltu. Xħin ħriġna ‘l barra mid-dar innutajna li għaddej ħafna riħ u x-xita bexxet ftit ukoll.

Skont il-Malta International Airport, it-temp previst għal-lum ser ikun bir-riħ b’forza 5 mil-Lvant-Xlokk. F’xi nħawi ll-forza tar-riħ ser tkun qawwija ħafna. Ir-riħ ser ikun akkumpanjat ma’ xi ħalbiet tax-xita, u ragħad, li l-qofol tiegħu mistenni jkun wara nofsinhar . Possibiltà ta’ maltempata għadha prevista.

L-għola temperatura ser titla’ ghal 25°C, filwaqt għal bil-lejl ser tinżel għal 20°C. Il-UV index għal-lum ser tkun ta’ 7.

Għal għada l-Ġimgħa huwa mbassar li ser ikun bix-xita, filwaqt li s-Sibt u Ħadd, ħa jkun ftit imsaħħab.

Wasal iż-żmien li nerġgħu inġorru magħna l-umbrelel!

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks