Select Page

Jista’ jagħti l-każ, li f’dawn il-ġranet li għaddew rajtu xi ġurdien fit-triq, jew daħlilkom xi wieħed fid-dar tagħkom. Fil-fatt, f’dan iż-żmien huwa normali li jkun hawn żieda ta’ dawn il-kreaturi gerriema fil-gżejjer Maltin. Huwa ż-żmien perfett tas-sena għalihom!

Sabiex tiġi kkontrollata l-popolazzjoni tal-ġrieden, it-tim ta’ Skoperta għal darb’oħra ħa l-opportunità u tkellem ma’ Arnold Sciberras, pest consultant, minn The Exterminator.

Sciberras sostna li huwa importanti li npoġġu fis-seħħ miżuri biex nikkontrollaw dawn il-gerriema, biex il-popolazzjoni ma tisplodix bħas-snin ta’ qabel, fejn il-kontroll kien ferm iktar diffiċli. Għandna diversi modi kif nikkontrollaw dawn it-tip ta’ annimali, però l-aktar importanti hu li nikkontrollawhom b’mod uman.

Hemm ħafna kwistjonijiet fejn sfortunatament dawn l-ispeċi ta’ pesti jiġu ttrattati ħażin. Għalkemm huma pesti xorta huma organiżmi ħajjin, għalhekk jistħoqqilhom li jiġu kkontollati b’mod xieraq.

L-aqwa metodi li nsibu, sabiex wieħed ikun jista’ jikkontrollahom huma: nases partikolari u kaxxi tal-lixki tal-ġrieden. Dawn il-kaxxi tal-lixki huma speċjalizzati u speċifiċi!

Dawn huma lixki partikolari li jitpoġġew f’kaxxi, ġewwa diversi postijiet u żoni, fejn il-ġrieden jiġu għall-kenn u jieklu minnhom. B’hekk, l-istess lixka tkun qed tikkontrolla dawn l-ispeċi ta’ pesti.

Apparti minn hekk, Arnold Sciberras issuġġerixxa li huwa wkoll importanti li jsir ‘control proofing’. Ejjew ngħiduha kif inhi, il-prevenzjoni hija dejjem aħjar! Ħafna annimali gerriema jistgħu jiġu kkontrollati mingħajr ma jidħlu fil-bini jekk jittieħdu miżuri xierqa kontra l-pesti kif suppost.

The Exterminator joffru kemm dan is-servizz ta’ ‘control proofing’ kif ukoll dawn it-tip ta’ kaxxi tal-lixki tal-ġrieden. Taħlita tat-tnejn tkompli tgħin fil-kontroll ta’ dawn l-ispeċi gerriema.

Jekk trid telimina darba għal dejjem din il-biża’ mill-ġrieden u toqgħod f’darek b’moħħok mistrieħ, agħmel kuntatt issa ma’ The Exterminator, billi iċċempel fuq 21436820/ 99887950 jew żur is-sit elettroniku minn hawnhekk.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks