Wara 8 ijiem ta’ riċerka kontinwa, instab il-katavru taċ-ċkejken Mattia Luconi, it-tifel ta’ 8 snin li ġie nieqes wara l-għargħar li ħakem ir-reġjun tal-Marche.

Il-katavru nstab mill-karabinieri f’biċċa art fil-Muniċipalità ta’ Trecastelli diversi kilometri ‘l bogħod mill-punt fejn, filgħaxija tal-15 ta’ Settembru, ġie mkaxkar mill-forza ta’ l-ilma. It-tfajjel instab kompletament mgħotti fit-tajn u fi stat avvanzat ta’ dekompożizzjoni.

Kien il-flokk li kien liebes, li kkonferma li l-katavru huwa taċ-ċkejken Mattia. Madanakollu xorta waħda jeħtieġ eżami tad-DNA biex jiġi uffiċjalment rikonoxxut.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks