Select Page

Dalgħodu s-servizz nazzjonali tat-trasfużjoni tad-demm appella lin-nies biex min hu f’saħħtu huwa mħeġġeġ imur biex jagħti d-demm!

Fuq il-paġna ta’ Facebook huma staqsew lill-pubbliku “li kieku inti tiġi bżonn id-demm, tkun trid tistenna għalih jew tippreferi li ssibu jistennik?”

Ir-risposta tiġi waħedha, ovvja li tkun tixtieq issibu jistennik u mhux bil-kontra.

Is-servizz nazzjonali tat-trasfużjoni tad-demm informa lin-nies li minħabba li r-riserva ta’ demm hija baxxa, ftit tal-ġimgħat ilu ġew ikkanċellati ċerti proċeduri fl-isptar Mater Dei.

L-appell huwa li kull minn jista’, imur jagħti d-demm.

It-tim ta’ Skoperta jinkoraġġixxi lilek li qed taqra dan l-artiklu biex jekk inti tinsab f’saħħtek, mur agħti d-demm billi żżur wieħed minn dawn il-postijiet:

• fiċ-Ċentru tal-Għoti tad-Demm ta’ G’Manġa li jiftaħ KULJUM (7 ijiem fil-ġimgħa inkluż il-Ħdud u l-Festi Pubbliċi) mit-8:00am sas-6:00pm.

• fil-Mobile Blood Donation Unit li nhar Il-Ħadd 25 ta’ Settembru mit-8:30am sas-1:00pm ser ikun fil-pjazza ta’ quddiem il-Knisja Parrokkjali ta’ Ħal Safi.

• fil-Berġa tax-Xewkija li nhar Il-Ħadd 25 ta’ Settembru ser tkun disponibbli għall-għoti tad-demm mit-8:00am sas-1:00pm.

Jekk jogħġobkom xerdu dan l-artiklu ħalli tħeġġu iktar nies jagħmlu dan il-ġest sabiħ.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks