Select Page

Erba’ reġjuni okkupati fl-Ukrajna mir-Russi bdew jivvutaw f’referenda mfassla mill-Kremlin, dwar jekk isirux parti mir-Russja. Dawn ir-reġjuni jinkludu Luhansk, Donetsk, Kherson u Zaporizhzhia.

Fl-indirizz tiegħu ta’ nhar l-Erbgħa, Vladimir Putin, għamel referenza għar-referenda li qed isiru llum, f‘erba reġjuni, li jinkludu żoni meħuda minn forzi separatisti appoġġjati minn Moska wara li faqqgħet il-ġlieda fl-2014.

Fid-diskors tiegħu huwa tenn li “Se nagħmlu minn kollox biex nassiguraw kundizzjonijiet siguri biex isiru r-referendums ħalli n-nies ikunu jistgħu jesprimu r-rieda tagħhom.”

Huwa żied billi qal li “Se nappoġġjaw id-deċiżjoni dwar il-futur tagħhom, li se ssir mill-maġġoranza tar-residenti fir-Repubbliki tal-Poplu ta’ Donetsk u Luhansk, Zaporizhzhia u Kherson.”

Dan intqal fid-dawl li qed jiġi rrapurtat li l-proċess ta’ votazzjoni li ser jieħu ħamest ijiem sħaħ, se jseħħ fin-nuqqas ta’ moniteraġġ indipendenti. Dan ifisser li r-riżultat mhux ħa jkun veritier.

Dawn ir-referenda qed jiġu miċħuda mill-Ukrajna u l-alleati tal-Punent tagħha u qed jiġu msejħa bħala illeġittimi.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks