Select Page

Dan il-weekend, fl-24 u l-25 ta’ Settembru, l-Għajn; Iċ-Ċentru Nazzjonali ta’ Għarfien dwar il-Konservazzjoni tal-Ilma fir-Rabat, Malta, se jerġa’ jospita l-Open Weekend annwali.

It-tema ta’ din is-sena se tkun dik tal-effiċjenza tal-enerġija, enfasizzata permezz ta’ wieħed mill-iskrins interattivi taċ-Ċentru; The Energy Hunters.

It-tfal se jkunu jistgħu jiltaqgħu ma’ Luna l-Pirata (Kim Woods) u Mirko il-Kamaleonti (Patrick Tanti), il-protagonisti ta’ din is-sena!

F’dan l-avveniment se jkun hemm numru ta’ attivitajiet edukattivi kemm għall-adulti kif ukoll għat-tfal. Fost l-attivitajiet se jkun hemm żewġ teatri tat-tfal differenti adattati għal gruppi ta’ etajiet differenti, ċinema tal-ilma, workshops edukattivi u mini tours fejn il-viżitaturi jkunu jistgħu jgawdu l-attivitajiet tal-iskrins interattivi, li erbgħa minnhom huma fuq l-ilma u tnejn fuq l-enerġija.

Il-viżitatur se jkollu wkoll l-opportunità li jinforma ruħu dwar tekniki li jgħinu biex wieħed jiffranka l-ilma u l-enerġija.

Ikkumenta

Enable Notifications    OK No thanks