Kontu tafu li llum huwa l-Jum Internazzjonali tal-Fenek? Din iċ-ċelebrazzjoni ssir kull sena fir-raba’ Sibt jew il-Ħadd ta’ Settembru.

F’dan il-jum niċċelebraw lil-mammiferu ta’ widnejn twal u denbu qasir li ħafna nies b’imħabba kbira jżommuh bħala annimal domestiku.

Minbarra dan, id-dinja tal-Punent tuża dan il-jum biex tippromwovi messaġġ importanti dwar dawn l-istess annimali u l-benesseri tagħhom. Diversi għaqdiet jagħtu isem lil dawn il-kreaturi tant sbieħ, billi jxerdu l-messaġġ kontra t-testijiet mediċi u kosmetiċi u kaċċa fuq il-fenek. Sfortunatament ammont kbir ta’ fniek għadhom jintużaw biex isiru fuqhom testijiet tal-għajnejn u tal-ġilda għall-prodotti tal-konsumatur.

Kull minn għandu fenek bħala pet aħtaf dan il-jum tant speċali u agħti lill-fenek tiegħek zunnarija żejda llum. Filwaqt li inti, li qed taqra dan l-artiklu inħeġġuk li meta tixtri xi prodott tas-sbuħija ara li l-istess prodott ma jkunx ġie eżaminat fuq dawn il-kreaturi tant meraviljużi.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks