Żagħżugħ ta’ 21 sena li jgħix in-Naxxar jinsab fil-periklu tal-mewt wara ħabta fis-Swieqi.
Fl-inċident weġġgħu 3 persuni oħra b’waħda ġarrbet ġrieħi gravi u t-tnejn l-oħra għandhom ġrieħi ħfief.
L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.30am, fi Triq il-Madliena.
Mill-investigazzjoni rriżulta li tfajla ta’ 17-il sena li toqgħod San Pawl il-Baħar tilfet il-kontroll tal-vettura u ħabtet ġo ħajt.
Magħha kien hemm iż-żagħżugħ ta’ 21 sena, Żvizzeru ta’ 20 sena residenti s-Swieqi u tfajla ta’ 19-il sena miċ-Ċili li tgħix San Ġiljan.
Fuq il-post issejħu l-Protezzjoni Ċivili u tim mediku li ħadu l-vittmi l-Isptar Mater Dei għall-kura.
Il-Maġistrat tal-Għassa ġiet infurmata u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Gradwata b’B.A fil-Malti u b’ċertifikat fil-qari tal-provi.
Ilha ‘l fuq minn 5 snin taħdem bħala producer u kittieba ma’ WE Media LTD. Kienet ukoll maniġer u producer tal-iktar programm segwit f’Malta Xarabank.
Qabel kienet ġurnalista u xandara ma’ Newsbook.com.mt u Bay Radio.
Il-passatempi tagħha huma l-qari u n-Netflix.