Christie Cachia, eks impjegata tal-McDonald’s, esprimiet id-diżappunt u r-rabja tagħha dwar il-fehma ta’ din l-omm fuq min jaħdem ma’ ħwienet ta’ dan it tip.
Hija rrakkuntat kif waqt kienet f’wieħed mir-ristoranti tal-McDonald’s, semgħet omm tgħid lil binha “studja għax bħal dawn tispiċċa taħdem.”
B’reazzjoni għal dan, filwaqt li indirizzat lill-omm, Christie Cachia qalet li d-dħul tagħha fid-dinja tax-xogħol kien proprju mill-McDonald’s u minkejja li dejjem kellha sapport emozzjonali u finanzjarju mill-familja tagħha, kien minn hemm li tgħallmet tfendi għar-rasha u tixtri bil-ħsieb, tagħżel dak li għandha bżonn u mhux sempliċiment dak kollu li jogħġobha.
Saħqet li minn hemm tgħallmet x’inhu l-valur tal-flus, u li llum il-ġurnata tinsab grata li bdiet minn hemm u li kellha ċans bħal dan.
Kompliet tgħid li kieku ma kienx il-McDonald’s ma kinitx tkun tista’ tfaddal biex tixtri l-karozza u dak kollu li kellha bżonn, u biex tkun tista’ twettaq ħafna mill-ħin li kellha u għad għandha.
Christie saħqet li l-McDonald’s għenha ħafna wkoll fid-dinja tax-xogħol aktar ‘il quddiem għaliex fetħilha bibien oħrajn meta marret għal xogħlijiet oħrajn. Hija qalet li kienet titniżżel bħala prijorità sempliċiment għax kienet taħdem f’qasam li jgħallmek id-dixxiplina u jibnilek reputazzjoni tajba ħafna.
Ikkonkludiet il-post tagħha billi qalet li llum, hija gradwata u għandha xogħol li għalkemm forsi ma jrendilhiex daqskemm tixtieq imma jrendilha sodisfazzjon li jegħleb kollox.
Iva, illum għandi Degree bħal ħafna oħrajn li kienu bdew miegħi jew qabli l-McDonald’s, u qed ngħidha bl-ebda ftaħir, anzi wisq probabbli għad hawn ħafna nies li lanqas biss jafu li jiena gradwata. Min jafni, jaf sew li ma tantx niftaħar b’rixi lanqas meta jkolli għalfejn. Il-futur ma jafu ħadd però, sinjura, jalla ibnek jasal fejn wasalna u għad irridu naslu jien u l-kollegi tiegħi kollha li bdejna mill-McDonald’s. Saħħa.
