“Dan mhux punt tal-wasla, iżda tat-tluq.’ Dan kien il-kliem li bih dalgħodu Giorgia Meloni indirizzat ir-rebħa tagħha.

Il-mexxej tal-‘Fratelli d’Italia’ Giorgia Meloni ddikjarat ir-rebħa tal-partit tagħha fl-elezzjoni ġenerali li saret ilbieraħ. Jidher li hija ser tkun l-ewwel Prim Ministru mara tal-Italja, li tmexxi l-aktar gvern tal-lemin estrem mit-Tieni Gwerra Dinija. Riżultati preliminari juru li l-partit tagħha huwa fit-triq it-tajba biex jirbaħ mill-inqas 44% tal-voti, skont il-Ministeru tal-Intern Taljan.

Fl-ewwel indirizz tagħha, kmieni dalghodu, bl-isfond mużikali ‘Il cielo è sempre più blu’, Giorgia Meloni tenniet li “Dan mhux punt tal-wasla, iżda tat-tluq – issa l-isfida se tkun li terġa’ tinbena r-relazzjoni bejn l-istat u ċ-ċittadini”.

Is-sovrani Ewropej ferħu bir-rebħa ta’ Giorgia Meloni fl-elezzjonijiet tal-25 ta’ Settembru. Fosthom kien hemm Jordan Bardella li huwa MEP u president ad interim tal-partit ta’ Marine Le Pen. Fuq Twitter huwa kiteb “It-Taljani taw lezzjoni ta’ umiltà lill-Unjoni Ewropea – L-ebda theddida ta’ ebda tip ma tista’ twaqqaf id-demokrazija.” L-istess Marine Le Pen, li laqgħet ir-riżultat b’mod tajjeb ħafna: “Prosit lil Meloni u Salvini, rebħa kbira”.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks