Wara jiem ta’ uġigħ u taqtigħ il-qalb, l-isbaħ rigal li seta’ jirċievi Bjorn kien proprju s-suċċess tal-maratona li saret ilbieraħ b’risq Dar Bjorn Respite.
Is-somma finali li nġabret fil-maratona, li għaliha Bjorn baqa’ sejjer dirett mill-isptar Mater Dei, kienet dik ta’ €1,200,259.
L-għan ta’ Dar Bjorn Respite huwa li persuni li jgħixu bil-kundizzjoni tal-ALS jew mard kroniku ieħor, ikollhom post sikur fejn jgħixu kemm għal ftit kif ukoll għal tul ta’ żmien, meta l-għeżież tagħhom ma jkunux jistgħu jassistuhom fil-bżonnijiet ta’ ħajjithom.
Fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, Bjorn irringrazzja lill-poplu Malti u Għawdxi li għal darb’oħra reġa’ wieġeb għas-sejħa tiegħu u bis-saħħa t’hekk, se jkun jista’ jgħin aktar persuni.
Dan esprimih flimkien ma’ frażi li Bjorn mhux biss itenni iżda wkoll jgħixha kuljum; “Fil-ħajja taqta’ qalbek qatt!”
Il-maratona ntemmet, iżda dan ma jfissirx li d-donazzjonijiet jieqfu hawn.
Jekk int tixtieq tkompli tgħin lil Bjorn jgħin aktar nies, tista’ tagħmel dan xħin trid billi tagħti donazzjoni permezz ta’ dawn:
BOV Mobile Pay – 79096249
SMS – 50619271 – €11.65
https://bit.ly/SMSdonation 11.65
CALL – 51802018 – €25
https://bit.ly/CALLdonation25e
CALL – 51902075 – €50
https://bit.ly/CALLdonation50e
Online – https://bit.ly/DonateDARBjornRespite
