Select Page

Filmat partikolari li qed jiċċirkola fuq il-midja soċjali f’dawn l-aħħar sigħat juri lil raġel f’restorant lokali, iqum minn fuq is-siġġu u jaqbad jgħajjat.

B’ton għoli u mhux daqstant ġentili, ir-raġel beda jistaqsi dwar min kien li sajjar il-laħam li kien għadu kemm kiel.

Sorpriżi kienu dawk li kienu preżenti fir-restorant kif ukoll kull min segwa l-filmat, hekk kif malli ħareġ il-kok u qallu li kien hu li sajjar il-laħam, ir-raġel qallu li għoġbitu ħafna, għannqu u rringrazzjah!

Dwar dan il-filmat kien hemm reazzjonijiet differenti, filwaqt li bosta kkummentaw li ma setgħux jieqfu jidħku b’dak li raw, oħrajn qalu li m’hemm assolutament xejn tad-daħk u rreferew għall-imġiba tar-raġel bħala waħda ħażina u li setgħet ħolqot ansjetà lil xi wħud li kienu preżenti.

Oħrajn esprimew l-ammirazzjoni tagħhom lejn il-kok li kien kapaċi joħroġ u jgħid li kien hu li sajjar il-laħam minkejja li sema’ dak l-għajjat!

Int x’taħseb?

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks