Select Page

Ftit tal-ħin ilu, il-mużiċist Wayne Micallef żvela fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu li lbieraħ, is-26 ta’ Settembru, hu u l-mara tiegħu Emily saru ġenituri għall-ewwel darba, taċ-ċkejken Mason.

Filwaqt li ta merħba lil Mason, Wayne esprima l-ferħ u l-emozzjonijiet tiegħu dwar din l-esperjenza tant speċjali.

Huwa rrefera għall-mara tiegħu Emily bħala “inkredibbli, kuraġġuża u speċjali” filwaqt li rrimarka li dan jgħodd ukoll għal kull omm.

Irringrazzja wkoll lill-istaff kollu tal-isptar Mater Dei għad-dedikazzjoni f’xogħolhom.

Kull twelid huwa speċjali għall-ġenituri iżda għal Wayne u Emily, it-twelid ta’ Mason huwa speċjali b’mod uniku. Dan għaliex f’kuntatt li għamilna magħhom, qalulna li għalihom, ċ-ċkejken Mason huwa miraklu, wara 6 snin ta’ infertilità.

Permezz ta’ din l-esperjenza tant sabiħa tagħhom, Wayne u Emily jixtiequ jwasslu messaġġ ta’ tama lil koppji oħra li għaddejjin mill-isfidi tant diffiċli li għaddew huma f’dawn l-aħħar 6 snin.

F’isem it-tim ta’ Skoperta, nawguraw lil Wayne u Emily għal dan il-vjaġġ ġdid f’ħajjithom!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks