Select Page

Waħda mis-serje tant popolari fuq Netflix, ‘The Crown’, ser tirritorna għall-ħames staġun, nhar id-9 ta’ Novembru 2022.

Filwaqt li l-produzzjoni tas-sitt staġun ta’ ‘The Crown’ waqaf għal ftit ġranet b’sinjal ta’ rispett lejn il-mewt tar-Reġina Eliżabetta II, il-popolarità tas-serje żdiedet b’mod drastiku f’dawn l-aħħar jiem.

Matul l-ewwel erba’ staġuni, ir-rwol tar-Reġina ġie interpretat minn żewġ atturi: Claire Foy fl-ewwel u tieni staġun u Olivia Colman fit-tielet u raba’ staġun. It-tnejn li huma interpretaw dan ir-rwol b’mod eċċezzjonali.

Ovvjament għall-ħames u sitt staġun aħna t-telespettaturi ser naraw attriċi ġdida li ser tieħu r-rwol tal-Maestà Tagħha. Din hija ħadd ħlief Imelda Staunton.

Skont id-deskrizzjoni ta’ Netflix, il-ħames staġun ser jiffoka fuq kif ir-Reġina qed toqrob lejn l-40 anniversarju minn mindu hija ħadet it-tmun f’idejha. F’dan l-istaġun ser jingħata wkoll importanza t-tmiem taż-żwieġ tal-Prinċep Charles u l-Prinċipessa Diana.

Għal dawk li jħobbu din is-serje, jew dawk interessati fil-ħajja tal-familja Rjali, tinsewx li daqt jibda il-ħames staġun ta’ ‘The Crown’. Buona visione!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks