Select Page

Minn mindu konna żgħar il-ġenituri u l-għalliema tagħna dejjem għallmuna li l-manjieri huma parti essenzjali fil-ħajja tagħna.

Dwar dan tkellem il-psikologu Nicholas Briffa, fuq il-paġna ta’ Facebook tiegħu, fejn b’mod sempliċi spjega kemm hemm bżonn li nkomplu nużaw il-kliem bħal “grazzi”, “jekk jogħġbok”, “skużani” u titlob permess, fis-socjetà tal-lum.

Huwa fakkar lin-nies meta għandek tużahom dawn il-kliem, għax l-istess manjieri donnhom qed jintesew.

Agħmel ħiltek kollha li tgħid GRAZZI meta tirċievi xi ħaġa, u JEKK JOGĦĠBOK meta trid tistaqsi xi ħaġa. Tinsiex meta tidħol fid-dar ta’ xi ħadd titlob PERMESS, filwaqt li jekk tkun żbaljat dejjem SKUŻA ruħek.

Ejjew ngħiduha kif inhi, dawn il-kliem huma sempliċi ħafna biex tgħidhom; mela agħmel ħiltek kollha u poġġihom fil-prattika! B’hekk inkunu nistgħu ngħixu f’ambjent edukat u ġentili.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks