Ġinekologa tibla’ pirmla tal-abort u ieħor jieħu azzjoni kompletament differenti.
Fir-rally li saret il-Ħadd favur il-ħajja, George Gregorgy Buttigieg spjega kif Malta dejjem ipproteġiet lit-trabi u lit-trabi li għadhom ma twieldux, però dawn tal-aħħar li huma innoċenti qed jiġu mhedda f’pajjiżna u anke barra.
Stqarr kif il-kelma abort ma jħobbx jużaha għaliex dan huwa qtil ta’ trabi li għadhom ma twieldux. “Ejja ma nistaħbewx wara l-kelma ‘abort’ biex bħal donnu naġġixxu li kollox huwa aċċettabbli.”
Staqsa, “Se jkollna sptar fejn jinġabu nisa biex iwelldu f’naħa u f’oħra jinġabu nisa biex joqtlu? Hekk irridu aħna?”
Il-ġinekologu ħeġġa lil dawk huma kontra l-abort biex jitkellmu u ma jieħdu xejn for granted.
