Select Page

Għadha kemm tħabret il-mewt ta’ Bruno Arena tad-duo komiku “Fichi d’India”, fl-età ta’ 65 sena. Beda minn għalliem simpatiku tal-edukazzjoni fiżika, li mbagħad kompla għall-akbar passjoni tiegħu: id-divertiment, bħala animatur turistiku.

Il-karriera tiegħu laħqet il-qofol meta ngħaqad mal-ħabib tiegħu Max Cavallari u ffurmaw “Fichi d’India”. Id-duo ħadu sehem f’diversi programmi tal-Mediaset fosthom “La sai l’ultima?”, “Zelig”, u “Colorado”.

Fis-17 ta’ Jannar, 2013, waqt reġistrazzjoni ta’ episodju ta’ Zelig, Bruno Arena sofra minn anewriżma. Il-kundizzjoni tiegħu wasslitu biex iwaqqaf ħesrem l-attività artistika tiegħu, tant li għal dawn l-aħħar snin Cavallari spiċċa jaħdem waħdu.

Arena jibqa’ mfakkar kemm daħħaq nies, kemm fuq it-televiżjoni u kemm fit-teatri ewlenin fl-Italja.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks