Select Page

Bħalissa għaddejja investigazzjoni mill-Pulizija fuq qassis. Dan wara li l-qassis allegatament seraq relikwa mill-Knisja tal-Madonna ta’ Porto Salvo fl-Isla, is-Sibt li għadda.

Ir-relikwa hija berettin tal-ħarir li jmur lura għall-bidu tal-1900 meqjus bħala r-relikwa ta’ San Filippu Neri.

Il-berettin allegatament instab fil-karozza tal-qassis.

Għaldaqstant, il-Pulizija ġew infurmati u nfetħet investigazzjoni dwar dan il-każ.

Din l-istorja nħarġet minn Times of Malta u l-Kurja ssospendiet lill-qassis sakemm l-investigazzjonijiet kollha jkunu lesti.

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks