Mhux l-ewwel darba li wieħed iħossu mweġġa’ u mbikkem b’kumment li jkun irċieva. Sfortunatament qed ngħixu f’soċjetà fejn is-sensittività lejn il-proxxmu waslet f’punt ta’ estinzjoni.

Il-bloger tas-sbuħija u intraprenditur tal-kura tal-ġilda, Kayla Houlihan, spiċċat bid-dmugħ f’għajnejha wara kumment li hija rċeviet waqt li kienet qed tixtri f’ħanut ġewwa l-ajruport ta’ Melbourne. Fuq video li hija tellgħet fuq Tiktok, irrakkuntat kif hija ġiet mistoqsija minn impjegata ta’ ħanut jekk kinitx tqila.

Waqt li kienet qed tistenna t-titjira mdewma tagħha lejn Queensland, Houlihan qalet lill-191,000 segwaċi tagħha li għall-ewwel kienet kuntenta li setgħet tixtri xi affarijiet għal-vaganzi tal-aħħar minuta.

Madankollu, l-eċċitament tagħha ma tantx dam, għall-fatt li l-impjegata assumiet li kienet qed iġġorr tarbija f’ġufha minħabba l-figura tagħha. Fir-rakkont tagħha, Houlihan, li mhix tqila, qalet li ġiet mistoqsija kemm fadlilha għal ħlas. Filwaqt li baqgħet imbelħa b’li kienet semgħet hija weġbitha li ma kinitx tqila. L-impjegata skużat ruħha iżda żiedet li mid-dehra tagħha ħasbitha tqila.

Il-bloger stqarret li qattgħet l-aħħar siegħa tibki fl-Ajruport ta’ Melbourne.

Houlihan qalet li rimarka bħal din ġegħlitha tħossha inċerta dwar lilbies tal-għawm li għandha tilbes għall-vaganza tagħha.

Il-filmat tagħha rawh ‘il fuq minn 32,000 u kważi 900 ħallew kumment. Fil-fatt mijiet ta’ kummentaturi qalu li kienu ixxukkjati bl-istorja tagħha filwaqt li oħrajn qasmu l-istejjer tagħhom ta’ sitwazzjonijiet simili.

@tribeskincare

I know I shouldn’t care, but I do🥹

♬ original sound – Tribe Skincare

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks