Select Page

Ix-xemx qajla tidher għax mistennija x-xita!

Dalgħodu stenbaħna b’temp imsaħħab u bir-riħ, li huwa sinonimu għal dan l-istaġun tal-ħarifa. Ix-xemx qajla tidher għax mistennija li jkollna xi ħalbiet tax-xita illum.

Skont il-Malta International Airport, it-temp previst għal-lum, 30 ta’ Settembru, se jkun pjuttost imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita. Ir-riħ se jonfoħ min-nofsinhar-xlokk b’forza 4-5 li se jdur għall-Lvant-Xlokk li jżid għall-forza 6.

L-ogħla temperatura se titla’ ghal 26°C, filwaqt għal billejl se tinżel għal 22°C. Il-UV index għal-lum se tkun ta’ 7, filwaqt li l-umdità se tkun 83%.

Għal għada s-Sibt huwa mbassar li se jkun imsaħħab, filwaqt li l-Ħadd se jkun xemxi.

Wasal iż-żmien li nagħlqu l-umbrelel tal-baħar u niftħu dawk tax-xita!

Ikkumenta

Enable Notifications OK No thanks